Wara li lbieraħ ħarġet l-aħbar li Beppe Marotta se jtemm ir-relazzjoni tiegħu ma’ Juventus, illum f’intervista li saritlu spjega r-raġuni ta’ dan il-pass li għamel.
“Id-deċiżjoni li ma nibqax ma’ Juventus ħaduha l-klabb stess u jien nirrispetta d-deċiżjoni li ħadu minkejja l-imħabba li għandi għall-klabb u l-partitarji.”
Marotta kompla jgħid li mhux xi ħaġa sabiħa li jgħid li tefgħuh ‘il barra iżda huwa sostna li jrid jimxi mad-deċiżjonijiet tal-klabb.
“Din id-deċiżjoni weġgħatni u kienet diffiċli ħafna għaliex l-isport għandu ħafna sentimenti. Fl-aħħar tmien snin esperjenzajt mumenti sbieħ ħafna li se ngħożżhom għal dejjem.”
Sors: Rai 2 Show 90 minuto
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com