Fost l-iktar kurżitajiet attwali dwar Juventus, hemm dik dwar jekk il-flokk numru 10 hux se jingħata lil xi plejer jew le. Marotta jaf ta l-iżjed ħjiel importanti s’issa.

Iffaċċjat minn pressjoni mill-partitarji biex Federico Bernardeschi jsir Ben10, u mistoqsi mill-ġurnalisti waqt it-tlugħ tal-poloz, Marotta wieġeb hekk: “Nafu li l-flokk numru 10 hu wieħed tqil bir-responsabbiltà. Se nivvalutaw dan. Se niltaqgħu miegħu u nikkonfrontaw dan is-suġġett bħala forma ta’ protezzjoni. Nafu bir-responsabbiltà u ma’ Juventus wieħed irid jadatta għal ċertu esiġenzi.”

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280