Id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Beppe Marotta, iddikjara li fl-opinjoni tiegħu għad fadallu x’joffri lil Juventus, li se jkun l-aħħar tim tiegħu.
“Ma nimmaġinanix ma’ xi klabb ieħor. Meta Agnelli jixtieq, narani f’ambitu federali. Nemmen li l-perkors tiegħi għadu ma spiċċax. Għandna sfida li rridu nirbħu akkost ta’ kollox iċ-Champions League,” iddikjara Marotta.
Sors: Il Giornale
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






