Il-Kumitat iħabbar bidla fil-ħin tat-turnew ta’ FIFA 17 li se jsir nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru. Il-kompetituri se jkollhom sfida biex juru l-ħiliet tagħhom f’din il-logħba fuq il-PlayStation 4.
It-turnew se jibda fis-13:00 bl-għan li dawk li jaħdmu s-Sibtijiet ikollhom l-opportunità li huma wkoll jieħdu sehem.
Biex membri tal-klabb jipparteċipaw, huma jintalbu ħlas ta’ €10, waqt li l-kumplament iħallsu €15. Ir-rebbieħ jirċievi lura €50 minbarra trofew tal-okkażjoni. Jingħata wkoll trofew għal min jikklassifika fit-tieni post.
It-turnew se jsir fil-premises attwali tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, fi Triq l-Għajn, l-Imrieħel.
Applikazzjonijiet u l-lista ta’ regoli jistgħu jinkisbu permezz ta’ email, fuq admin@juventusmalta.com, jew fuq 7992 8322 sal-Ħamis, 27 t’Ottubru.