Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li rċieva l-ittra tar-riżenja tal-President Gordon Pace.

Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Pace ddikjara li qed jieħu dan il-pass qabel isir l-AĠM (nhar is-Sibt, 9 ta’ Marzu) minħabba raġuni ta’ xogħol. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat aċċetta r-riżenja.

Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Gordon Pace offra li l-Kumitat jikkonsultah kull meta jkun hemm bżonn.

Minkejja li l-Presidenza ta’ Gordon Pace ma kinitx waħda twila, hu jħalli warajh legat importanti fost oħrajn f’dak li għandu x’jaqsam mar-riorganizzazzjoni tal-klabb biex illum il-ġurnata l-klabb jinsab f’pożizzjoni amministrattiva u finanzjarja soda.

Sal-AĠM, il-kariga ta’ President tittieħed b’mod temporanju mill-Viċi President, Paul Valletta.