Waqt il-Juventus Club DOC Day li saret nhar il-Ġimgħa 7 t’April, Aldo Mazzia, is-CEO ta’ Juventus, ippreżenta l-proġett tal-villaġġ il-ġdid ta’ Juventus li mistenni jkun lest f’Lulju li ġej.

Il-J Village se jkun qrib il-Juventus Stadium u fih se jkollu s-sede ta’ Juventus, grawnd għat-taħriġ tal-iskwadra ewlenija, ċentru għall-midja, lukanda, skola u ċentri ta’ rikreazzjoni filwaqt li se jsir monument li jfakkar il-vittmi tat-traġedja ta’ Heysel.

Sors: Tuttosport