Huma ħafna l-membri tal-klabb u l-ħbieb Juventini li saqsewna għal biljetti jew informazzjoni dwar tour għall-Final tal-Coppa Italia.

Nixtiequ nserrħu ras kulħadd li diġà bdejna naħdmu fuq dan, iżda minkejja li d-data mħabbra hija dik tal-21 ta’ Mejju, għad hemm ċans li tinbidel. Għaldaqstant, il-klabb fil-preżent, mhux f’pożizzjoni li jikkommetti għal tours jew biljetti b’riskju li jinbidel kollox fl-aħħar ġranet.

Bħalma ġara f’dawn l-aħħar 4 snin, il-kumitat jinsab kunfidenti li se jakkomoda t-talba għall-biljetti tal-membri kollha, ikun kemm ikun in-numru u ma tagħmilx differenza jekk wieħed jagħżilx tour jew biljetti biss.