Jiem ta’ taqtigħ il-qalb għall-eks goalkeeper ta’ Juventus, Antonio Mirante, li f’dawn il-jiem għaddej minn sensiela ta’ testijiet fost il-biża’ li għandu problema f’qalbu.

Bologna kkonfermaw dan u qalu li t-testijiet jibqgħu għaddejjin sal-bidu tal-ġimgħa d-dieħla, filwaqt li l-klabb akkwista b’self lil Alfred Gomis mingħand Torino bħala sostitut.

Dan fost il-biża’ li Mirante għandu xi ħaġa serja, li fl-agħar ipoteżi tista’ tfisser li jkollu jirtira.

Sors: Corriere dello Sport

dical-banner-1200×280