F’intervista għal ‘Total Italian Football’ mill-eks preżentatrici ta’ JTV Laura Barriales, id-difensur Leonardo Bonucci saħaq li Andrea Barzagli hu l-iktar difensur impressjonanti li qatt lagħab miegħu.
Bonucci saħaq li Barzagli hu difensur iebes ħafna biex taqbżu u rari ħafna li jiġi megħlub fisfida wieħed kontra wieħed. Qal li hu difensur bravu mmens u fondamentali ħafna kemm fit-tijm Nazzjonal kif ukoll ma’ Juventus.
“Impressjonanti li kemm fit-taħriġ kif ukoll f’kull loghba jagħti il-100% tiegħu. Naħseb li Andrea huwa eżempju għal kulħadd, eżempju perfett,” kompla jsostni Bonucci.
Sors: TuttoJuve