Nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu fil-JCMCB Bar & Grill se ssir l-ewwel serata minn sensiela ta’ Boogie Nights.

Minkejja li dan hu kunċett ġdid għall-JCMCB Bar & Grill, fl-aħħar jiem diġà kien hemm konkorrenza tajba ħafna, tant li l-ewwel batch ta’ biljetti nbiegħet kollha.

Madankollu, grazzi wkoll għall-kobor tas-swali fi ħdan il-klabb, ittieħdet deċiżjoni li jinħarġu iktar biljetti bl-istess prezz, jiġifieri €6, li jinkludi wkoll serata sħiħa ta’ appetizers.

Għalhekk, titlifx dan iċ-ċans, għaliex il-biljetti li fadal issa huma tal-aħħar!

Din hi biss attività waħda minn sensiela ppjanati għax-xhur li ġejjin fil-JCMCB Bar & Grill. Jekk tixtieq tuża s-swali tal-klabb kemm għal riċevimenti kif ukoll għal attivitajiet oħra tista’ tagħmel kuntatt magħna għal iżjed dettalji.