L-akkwist il-ġdid Kroat ta’ Juventus, Marko Pjaca, waqt intervista kkumenta dwar Juventus u l-goalkeeper u Captain ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, Gianluigi Buffon.

“Juventus huma pjaneta meraviljuża, soċjetà tal-ġenn. Kont diġà naf qabel ma ġejt però issa kkonfermajt dan kollu, hawn dinja differenti. Diriġenza tajba ħafna, staff, plejers. Kulħadd familja waħda. Buffon? Il-leġġenda tal-futbol, wieħed mill-aqwa goalkeepers ta’ kull żmien. Bniedem ta’ eżempju, mexxej kbir u raġel tal-ġenn. Kburi li nagħmel parti mit-tim tiegħu. Gigi leġġenda!”, saħaq Marko Pjaca.

Pjaca, li għad għandu 21 sena, ingħaqad ma’ Juventus dan is-sajf mingħand Dinamo Zagreb f’Lulju li għadda għas-somma ta’ €23 miljun.

Sors: Gianluca Di Marzio

dical-banner-1200×280