Wara r-rebħa kontra Chievo Verona, Juventus se jkunu impenjati fl-ewwel leg tas-semifinali tal-Coppa Italia f’Bergamo kontra Atalanta. F’din il-partita Allegri mistenni jagħmel xi tibdiliet mill-aħħar logħba kontra Chievo.

Wara diversi logħbiet barra minħabba injury, mistenni jirritorna lura fil-lasta Gianluigi Buffon. Fid-difiża mistennija jirritornaw Giorgio Chiellini u Alex Sandro li se jieħdu post Barzagli u Asamoah li kienu parti mill-partita ġewwa Verona. It-tliet plejers tal-midfield mistennija jkunu Miralem Pjanić, Sami Khedira u Blaise Matuidi fejn dan tal-aħħar se jieħu post Stefano Sturaro.

Fl-attakk Allegri mistenni jserraħ lil Gonzalo Higuaín biex b’hekk it-tliet attakkanti prinċipali mistennija jkunu Federico Bernardeschi, Mario Mandžukić u Douglas Costa.

Il-formazzjoni mistennija tkun din: Buffon; De Sciglio, Benatia, Chiellini, Alex Sandro; Matuidi, Pjanić, Khedira; Bernardeschi, Mandžukić, Douglas Costa.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280