Minn informazzjoni li waslitilna fl-aħħar ħin, jidher li l-Federazzjoni Taljana qed tikkunsidra t-talba tal-kowċ nazzjonali tal-Italja Antonio Conte sabiex il-finali tal-Coppa Italja tiċċaqlaq għat-18 jew id-19 ta’ Mejju.
Din l-aħbar toħroġ wara li fl-aħħar jiem il-Lega Calcio ħabbret b’mod uffiċjali li d-data tal-finali se tkun il-21 ta’ Mejju.
L-iżviluppi joħorġu wara li l-klabbs Taljani kollha nqalgħu mill-kompetizzjonijiet Ewropej, u għalhekk Conte jixtieq li l-plejers tan-nazzjonal ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu minn qabel bi preparazzjoni għall-Euro 2016.
Id-data uffiċjali u l-prezzijiet tal-biljetti mistennija jitħabbru wara l-Għid il-Kbir. Għaldaqstant nissuġġerixxu lil min qed jippjana xi vjaġġ lejn Ruma għal din il-logħba sabiex jistenna ftit ieħor sakemm id-dettalji jkunu uffiċjali.
Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.
Ħalli Kumment