Il-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio tkellem dwar l-esperjenza tiegħu ma’ Juventus f’intervista ma’ Sportitalia u żvela għaliex Juventus jirbħu.

“Kull plejer li jilgħab ma’ Juventus ikun ippreferixxa li jilgħab ftit, imma jirbaħ fi tmiem l-istaġun. Għall-Juventini, hu iktar importanti milli jilagħbu kull logħba imma ma jirbħu xejn. DIn hi l-iktar ħaġa importanti f’dan il-grupp,” iddikjara Marchisio.

Il-midfielder Taljan kompla li b’din l-attitudni, kowċ ma’ Juventus isibha eħfef li jieħu deċiżjonijiet iebsa. “Plejer ta’ Juventus ikun jixtieq jilgħab, imma għall-ġid tal-grupp jibqa’ pożittiv anke meta ma jagħmilx dan. L-aqwa li nilħqu tragwardi importanti.”

Sors: Sportitalia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280