L-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo stieden lir-rivali etern tiegħu, Lionel Messi, biex jingħaqad ma’ klabb fis-Serie A.
“Ma nimmissjahx. Forsi jimmissjani xi ftit hu. Jien lgħabt l-Ingilterra, Spanja, l-Italja, fil-Portugall, man-nazzjonali waqt li hu baqa’ fi Spanja. Forsi għandu bżonni iktar,” stqarr Ronaldo meta mistoqsi jimmissjax lil-Arġentin.
Kompla li “l-ħajja hi sfida, togħġobni u tagħmilni kuntent. Nixtieq li xi darba jiġi fl-Italja. Nistiednu jagħmel bħali u jilqa’ l-isfida. Imma jekk hu kuntent fejn hu, nirrispetta dan. Hu plejer tajjeb. Bħala bniedem ukoll imma hawn ma nimmissja xejn. Din hi ħajti l-ġdida u kuntent.”
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com