Wara li temm il-vaganzi tiegħu hekk kif il-Portugall ġew eliminati mill-Ewro 2020, ilbieraħ wara nofsinhar Cristiano Ronaldo irritorna lura Turin. Kmieni dalgħodu l-Portugiż mar il-J-Medical biex jagħmel it-testijiet fiżiċi skont ir-rutina tas-soltu biex b’hekk jibda uffiċjalment l-istaġun 2021-2022 ma’ Juventus.
Wara li jsiru dawn it-testijiet Ronaldo jingħaqad mal-kumplament tal-grupp għat-taħriġ, u bla ebda dubju ser jiltaqa’ wiċċ imb’wiċċ mal-kowċ Massimiliano Allegri biex jiċċara l-intenzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-istaġun il-ġdid u l-futur tiegħu ġewwa Turin mal-Iskwadra.
Nistennew u naraw x’ser ikunu l-iżviluppi.
Cristiano Ronaldo is back at Continassa
After his vacation period is over and his national team Portugal were eliminated from Euro 2020, yesterday afternoon Cristiano Ronaldo returned to Turin. Early in the morning, the Portuguese went to the J-Medical to undergo the physical tests as a normal routine so that he will officially start the 2021-2022 season with Juventus.
Once these tests are done, Ronaldo will join his teammates and start training, undoubtedly meeting face to face with the newly appointed coach Massimiliano Allegri figuring out his intentions in light of the new season about to begin and his future within the Turin’s squad.
We will have to wait and see the outcome in the coming days.