Id-difensur ta’ Juventus, Daniele Rugani, kellu kummenti ferm pożittivi dwar il-Juventin b’self ma’ Atalanta, Mattia Caldara. Dwar dan tal-aħħar Rugani qal hekk: “Huwa plejer tajjeb ħafna. Nafu għaliex lgħabna flimkien fl-Under 21 mal-Italja. It-tnejn li aħna fadlilna ħafna x’nuru fil-grawnd, pass wara l-ieħor.”
Iż-żewġ difensuri Taljani ta’ 22 sena qegħdin jippromettu anki f’dan l-istaġun. Kollox jindika li se jkunu huma l-eredi tal-BBC Juventina, speċjalment ta’ Barzagli u Chiellini li għandhom 35 u 32 sena rispettivament.
Dwar il-futur tiegħu Daniele Rugani stqarr: “Jien naħdem bl-ikbar umiltà u paċenzja, u dejjem nipprova nagħti l-massimu tiegħi meta nkun imsejjaħ biex nilgħab. Mill-bqija, kuljum naħdem u nfittex li nitjieb.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment