Il-leġġenda tal-futbol Ingliż David Beckham kellu kliem ta’ tifħir għal Juventus f’intervista li ta lil Sky Sport.
“L-aħħar ħames snin ta’ Juventus kienu eċċezzjonali. Ovvjament li tilħaq il-finali taċ-Champions League, hi l-aqwa ħaġa fil-karriera ta’ plejer, hi xi ħaġa inkredibbli. Kellhom sena tajba, bi plejers u kowċ ta’ livell.”
Kompla li jiddispjaċih li l-finali ntilfet minn Juventus u ddikjara: “Meta kont plejer ta’ Manchester United, Juventus kien wieħed mill-klabbs li konna nħarsu lejh: klabb bi storja u plejers bħal Del Piero, li hu ħabib u persuna ta’ livell. Hu sabiħ li tara li anke llum qed jirnexxielhom isegwu s-suċċessi.”
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






