L-eksattakkant u captain ta’ Juventus Alessandro Del Piero waqt intervista saħaq li Juventus huwa u jibqa’ l-iktar klabb b’saħħtu fl-Italja. Qal ukoll li mhux sorpriż bir-rimonta li wettqu Juventus matul dan l-istaġun.
“Juventus jibqgħu Juventus. L-ikbar u l-aqwa klabb fl-istorja tal-futbol Taljan. Impekkabbli l-qawwa tal-iskwadra. Ir-rimonta? Mhix sorpriża lanqas xejn u stennejt li jiġri hekk għax Juventus b’saħħithom.”
Kompla li hi ħasra li plejer bħal Claudio Marchisio se jitlef il-kumplament ta’ dan l-istaġun hekk fantastiku. Kuraġġ Claudio!”
Sors: Gianluca di Marzio/VecchiaSignora.com