Il-klabb bi pjaċir iħabbar id-dettalji b’rabta mat-tour tal-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Sampdoria.
Dawk interessati qed jiġu offruti żewġ għażliet, tour ta’ jumejn (bejn l-14 u s-16 ta’ Mejju) jew tlett ijiem (bejn l-14 u s-17 ta’ Mejju) bl-akkomodazzjoni, transfers u l-biljetti fit-Tribuna Nord.
Min jixtieq jista’ jagħżel li jieħu l-insurance tal-klabb, li tinkludi wkoll refund f’każ li l-logħba titħassar kif ukoll l-għażla ta’ upgrade fuq il-biljett.
Ma jistax jonqos li jekk Juventus jirbħu l-kampjonat, il-grupp jingħaqad ma’ eluf ta’ Juventini li kif inhi t-tradizzjoni, joħonqu Piazza Castello f’ċelebrazzjonijiet spontanji li joffru esperjenza mill-aqwa.
Dawk kollha li huma interessati huma mitluba jattendu għal laqgħa li se ssir is-Sibt 19 ta’ Marzu.
Il-laqgħa se ssir fis-sala tal-klabb, li jinsab fi Triq l-Għajn, fl-Imrieħel, u matulha jingħataw l-aħħar dettalji dwar kif se jkun imqassam dan it-tour.
Min jixtieq iktar assistenza jista’ jkellem lil David Baldacchino fuq info@juventusmalta.com.
Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.
Ħalli Kumment