Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed jagħti d-dettalji tal-ikla tal-Milied li din is-sena se ssir f’nofsinhar tal-10 ta’ Diċembru.

Għall-prezz ta’ €25 għall-adulti u €12 għat-tfal ta’ bejn is-sebgħa u t-12-il sena, dawk li jattendu se jgawdu minn ikla buffet ta’ tliet tipi ta’ laħam. Dan minbarra antipasto, soppa, lasagna jew għaġin kif ukoll deżerta, kafè, tazza nbid u ilma.

Hekk kif din id-darba l-ikla se ssir fil-binja tal-klabb stess, il-postijiet huma limitati ħafna u għalhekk dawk interessati għandhom jibbukkjaw mill-iktar fis possibbli jew personalment fil-klabb inkella billi jagħmlu kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280