Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bi pjaċir jilqa’ lil Dical House, li jinsabu l-Mosta, fil-familja ta’ sponsors tal-klabb.

Il-kumpanija Dical House tispeċjalizza fl-ikel gourmet impurtat mill-Ewropa, bħall-prodotti bit-tartufo, żejt taż-żebbuġa, ħall balsamiku, għaġin artiġġjanat, ċikkulata tal-aqwa kwalità u ikel ieħor.

Jimpurtaw ukoll prodotti organiċi, oħrajn gluten free bħall-ħobż, għaġin, gallettini u dqiq, kif ukoll prodotti sugar free.

Barra minn dan, Dical House joffru wkoll għażla ta’ nbejjed Taljani, Franċiżi, Ġrieġi u miċ-Ċilì, u servizz ta’ hampers matul is-sena kollha, għall-gosti tal-klijenti tagħha.

Għal iktar informazzjoni nħeġġu lil kulħadd biex iżur is-sit elettroniku: http://www.dicalhouse.com/

Il-Kumitat jirringrazzja lil Dical House tas-sapport kontinwu.