Il-leġġenda tal-Arġentina Diego Armando Maradona se jfittex legalment lil Konami, produtturi tal-logħba Pro Evolution Soccer.

Dan hekk kif fil-logħba ntuża ismu u figura li tixbhu bħala parti minn tim ta’ Barcelona iżda mingħajr ma ntalab permess jew intlaħaq ftehim fuq id-drittijiet tal-immaġni tiegħu.

F’post fuq Facebook Maradona ħabbar li ta struzzjonijiet lill-avukat tiegħu Matias Morla biex jibda proċeduri legali.

Sors: Facebook

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280