Fil-JCMCB Live Chat Show tal-Ħamis li ġej, il-ġurnalist sportiv Gianluca Lia se jkun il-misitieden tal-eks President tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero Jean Borg.

Id-diskussjoni se tiffoka fuq il-lig Malti, il-bidu tal-Coppa Italia u s-Serie A u l-Bundesliga, li kien l-ewwel kampjonat li kompla wara l-waqfa minħabba l-Covid-19.

Ser nitkellmu wkoll fuq l-esperjenzi li Gianluca Lia kellu ma’ diversi plejers żgħar u promittenti fil-logħba tal-ballun, kemm dawk lokali kif ukoll dawk internazzjonali, u nidħlu fid-dettal fuq il-karriera taħhom.

Fit-tieni parti taċ-Chat Show ser ikollna lil William Micallef li għandu kollezzjoni unika ta’ flokkijiet oriġinali, milbusa u ffirmati minn plejers, eks plejers u leġġendi ta’ Juventus, fost l-oħrajn dawk ta’ Gianluigi Buffon.

L-edizzjoni tixxandar il-Ħamis li ġej bejn is-19:00 u t-20:00 fuq il-paġna ta’ Facebook tal-klabb. Tista’ ssegwi billi tagħfas hawn.