Fil-Brażil qam tħassib kbir wara l-intervista li saret lil Douglas Costa fejn dan tal-aħħar tkellem dwar episodju ikrah li għadda minnu flimkien ma’ sħabu tat-tim meta kien jilgħab ma’ Gremio.

Fl-istaġun 2008/09, proprju fl-aħħar logħba, Gremio kienu lagħbu kontra Flamengo. Fl-aħħar ġurnata, Internacional, li huma r-rivali ta’ Gremio, kienu se jirbħu l-kampjonat li kieku Flamengo ma rebħux kontra Gremio.

“Fl-intervall wara l-ewwel taqsima ġew xi uffiċjali tal-klabb tagħna u qalulna biex nagħmlu li rridu però fakkruna li l-partitarji tagħna kienu se jkunu rrabjati jekk Internacional jirbħu l-kampjonat. Jien, waqt il-logħba, bdejt naqbeż il-plejers kif naf jien iżda bdejt noqgħod lura milli nersaq lejn il-lasti. Kienet xi ħaġa kerha ħafna li ma stajniex nilagħbu biex nirbħu però kieku rbaħna konna mmutu.”

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280