L-aġent tal-attakkant Arġentin Paulo Dybala, Pierpaolo Triulzi, iddikjara li l-plejer mhux biss kuntent ma’ Juventus imma għażel lill-klabb biex jirbaħ kollox.

“It-tiġdid tal-kuntratt ta’ Paulo Dybala ma’ Juventus kien wieħed twil u kumpless, imma Juventus issodisfaw l-aspettattivi tagħna u ta’ dan nirringrazzjawhom, b’mod speċjali lil Beppe Marotta,” iddikjara Triulzi.

Kompla li “kemm Dybala kif ukoll il-familja tiegħu kuntenti bl-għażla ta’ Turin. Għażilna lil Juventus biex jirbaħ kollox, u mingħajr preżunzjonijiet, anke l-Ballun tad-Deheb.”

Sors: Il Corriere dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280