Wara l-partita kontra Bologna, l-awtur tal-ewwel gowl Juventin kien mistoqsi fuq il-mument li għaddej minnu Paolo Dybala.
Il-midfielder ta’ Juventus sostna li l-Arġentin għandu jkun aktar rilassat ma’ Juventus iżda jinsab kuntent mal-Bianconeri.
“Qed nittama li Dybala jkun aktar rilassat però nista’ nassigurakom li Dybala jinsab kuntent hawnhekk. Mumenti ħżiena jgħaddi minnhom kulħadd però l-importanti li tibqa’ kalm. Il-klabb kollu jinsab wara Dybala biex nerġgħu narawh lura fl-aqwa forma.”
Sors: Mediaset Premium
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






