Maurizio Zamparini, il-President ta’ Palermo u l-persuna li kien approva t-trasferiment ta’ Paulo Dybala ma’ Juventus, qal li l-attakkant Arġentin issa laħaq il-livell tal-leġġenda Leo Messi.

“Imbilli ma jiskurjax wisq? Jien insegwi l-logħob u nemmen li Dybala qed ikun l-aqwa plejer ta’ Juventus. Min jikkritika lil Dybala hu miġnun. Laħaq il-livell ta’ Messi,” iddikjara Zamparini.

Iddeskriva lil Beppe Marotta bħala ħabib u jittama li Paulo Dybala jibqa’ ma’ Juventus. “Għalija jiswa bejn €140 miljun u €150 miljun. Dejjem emmint li hu predestinat,” qal Zamparini.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280