F’intervista ma’ Sky Sports, l-eks midfielder ta’ Milan, Gennaro Gattuso, tkellem dwar l-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala. Gattuso għamel xi żmien jikowċja lil Dybala ma’ Palermo, u għaldaqstant matul l-intervista kemm-il darba qabbel lil Dybala bħalissa ma’ meta kien mar-rosaneri.

Fost l-iktar affarijiet importanti li semma, il-kowċ ta’ Pisa qal hekk: “Matul dawn l-aħħar erba’ jew ħames ġimgħat, Dybala wera wiċċ mhux tas-soltu. Jidher irritat dwar xi ħaġa, u kull min jafu jaf kemm huwa plejer dejjem bid-daħqa fuq wiċċu.”

Gattuso kompla jgħid li għalkemm ma jafx eżatt x’qiegħed idejjaq lil Dybala, qal li ma jaħsibx li għandu xi problema bit-tattika ta’ Juventus. Fil-fatt stqarr hekk: “Ma naħsibx li qed iħossu inqas protagonist minn qabel.”

Żied jgħid li ta’ min wieħed ifakkar li kellu injury importanti, għalkemm diġà jidher aħjar fiżikament. Min-naħa l-oħra saħaq li għat-teknika li għandu Dybala, jeħtieġ li jkun fl-aqwa tiegħu biex jesprimi l-potenzjal sħiħ tiegħu. U skont Gattuso, dan l-aħħar l-Arġentin kien inqas brillanti fil-ħsieb.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280