Hekk kif illum jirritorna l-futbol fl-Italja, l-eks President tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero Jean Borg se jkun qed imexxi edizzjoni speċjali tal-JCMCB Live Chat Show. L-edizzjoni, li tixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-klabb, tibda fit-20:00 u takkumpanja lill-udjenza sal-bidu tal-logħba.

L-edizzjoni ta’ llejla se jkollha lill-ġurnalist sportiv u preżentatur Peter Paul Gauci bħala l-mistieden speċjali tagħha u matulha se ssir diskussjoni dwar il-futbol Taljan, b’mod speċjali l-logħba ta’ llejla bejn Juventus u Milan.

Id-diskussjoni tevolvi wkoll dwar il-kumplament tal-kompetizzjonijiet li huma nvoluti fihom Juventus, kif ukoll il-futbol Ingliż li se jkompli fil-jiem li ġejjin u l-futbol Spanjol li kompla fl-aħħar jiem.

Sadattant il-JCMCB Live Chat Show tal-bieraħ, li ġiet posposta minħabba luttu, issa se tixxandar nhar il-Ħamis li ġej bejn is-19:00 u t-20:00 u se jkollha lill-ġurnalist sportiv Gianluca Lia u lil Willian Micallef bħala l-mistiedna ewlenin.