It-tfajla ta’ 38 sena Erika Pioletti, li sofriet attakk tal-qalb waqt il-finali taċ-Champions League fi Piazza San Carlo, mietet matul il-lejl li għadda.
Sfortunatament ma setgħetx titwettaq ix-xewqa tal-familja tagħha, li l-organi jingħataw lil min hu bżonnhom. Dan għaliex ġisimha issa jgħaddi għand l-awtoritajiet minħabba l-investigazzjonijiet.
Għall-funeral ta’ Erika, li fi Piazza San Carlo kienet mal-għarus tagħha, il-belt ta’ Turin se tkun qed tosserva luttu kif imħabbar mis-sindku Chiara Appendino.
Sors: Diario di Torino
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






