L-eks difensur ta’ Juventus Fabio Cannavaro qal li anke hu kien isaffar lil Higuaín, kif għamlu n-Naplitani fil-logħba mill-kampjonat.
“In-Naplitani ma ħadux gost li Higuaín telaq mal-lejl, bil-moħbi mingħajr ma sellem lil sħabu jew lill-kowċ. Telaq mil-lejl għan-nhar. Kienet trawma,” stqarr Cannavaro.
Kompla li ma ħadhiex daqstant bi kbir għaliex “fl-aħħar mill-aħħar kien hemm xi ħadd li għamel il-klawżola, u daħħal ħafna flus,” iżda stqarr li kieku kien partitarju kien isaffarlu hu wkoll.
“Ovvjament kont insaffarlu. Imma t-tisfir hu biss sfottò. Saffrulu għaliex warajh ħalla ħafna mħabba. Kienet l-indifferenza l-iktar li weġġgħet lill-partitarji,” kompla Cannavaro.
Sors: Calciomercato
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






