L-episodji li ġew deċizi bil-VAR fil-partita bejn Atalanta u Juventus qajmu xi ftit diskussjoni mhux ħażin.
L-azzjoni fejn Juventus ġew imċaħħda minn gowl ma tantx niżlet tajjeb mhux biss mal-partitarji imma wkoll mad-diriġenti.
Paratici ġie sospiż sal-15 ta’ Ottubru ta’ din is-sena u weħel multa ta’ €20,000 talli wara l-partita niżel fit-tunnel u offenda r-referee li kien inkarigat biex jieħu ħsieb il-VAR.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com