Fabrizio Corona, figura kontroversjali fix-xena Taljana u li jmexxi wkoll magazine li jġib ismu, ħareġ bi storja li fi kliemu hi skandlu relatata mal-plejers ta’ Juventus.
Skont l-istess Corona, il-plejers ta’ Juventus organizzaw titjira b’jet privat lejn Turin immedjatament wara t-telfa kontra Atlético de Madrid biex setgħu jattendu għal festin.
Festin li sar fil-lukanda Starhotel Majestic fejn jingħad li l-plejers ta’ Juventus ixxalaw ma’ iktar minn 60 mudella minn madwar id-dinja. Attendew ukoll numru ta’ influencers.
Jingħad li dawn in-nisa ħallew il-lukanda kmieni filgħodu fi gruppi, u li għall-festin m’attendewx biss Andrea Barzagli u Federico Bernardeschi.
Sors: Corona
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com