Wara li Federico Bernardeschi sar uffiċjalment plejer ta’ Juventus, kien hemm ħafna mistoqsijiet u stennija jekk dan il-plejer kienx imissu jilbes il-famuż numru 10.
Dan il-plejer finalment ġie ppreżentat uffiċjalment minn Juventus biex fl-aħħar nqatgħet ukoll il-kundanna u kif kulħadd jaf, Bernardeschi se jilbes in-numru 33. Wara din id-deċiżjoni, il-plejer kellu spjegazzjoni x’jagħti.
“In-numru 10 jġorr miegħu ħafna piż u rispett. Fl-istaġun li ġej se jkolli ċ-ċans biex nuri lid-diriġenti li ħaqqni verament nilbes in-numru 10. Għażilt in-numru 33 għaliex jien persuna li ma naqta’ qalbi qatt u għaliex jien bniedem reliġjuż ħafna. M’iniex se niddejjaq ngħid li n-numru 10 nħobbu però se nerġa’ nirrepeti dak li għidt, irrid nuri li verament ħaqqni nilbsu.”
Sors: Tuttoport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com