Il-coach li kienet qed iġġorr lil Juventus f’Napli kienet involuta f’inċident waqt li l-plejers kienu abbord.

Dan kollu seħħ qabel il-logħba, meta l-uffiċjali tas-sigurtà ddeċidew li tinbidel kemm il-coach stess kif ukoll ir-rotta biex ikun hemm iżjed serħan il-moħħ frott il-biża’ li l-plejers jiġu aggrediti.

Akkumpanjati minn għexieren ta’ uffiċjali tal-Pulizija u saħansitra ħelikopter itir fuqhom, il-plejers ħadu rotta differenti mis-soltu u saħansitra ntalbu jidħlu minn żona sekondarja tal-grawnd fejn imxew tul rampa u waslu direttament fil-locker rooms.

Iżda kien hawn li l-coach, meta ġiet biex iddur fi trejqa, weħlet bejn il-ħajt u arblu tad-dawl. Jirriżulta wkoll li f’xi mument il-vettura saħansitra laqtet ġenb minnhom.

 

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280