Skont it-tradizzjoni ta’ Juventus, kien imiss lill-akkwist ġdid Federico Bernardeschi li jagħżel kanzunetta u jkanta magħha quddiem il-kumplament ta’ sħabu.
U Bernardeschi għażel Occidentali’s Karma ta’ Francesco Gabbani. Kantant Juventin, imma mhux biss. Dan għaliex flimkien ma’ Federico u Gianluigi Buffon, Gabbani jaqsam ukoll il-belt ta’ Carrara, fejn twieldu lkoll.
Jidher li l-għażla ta’ Federico ntlaqgħet tajjeb, għaliex kull min kien preżenti għall-‘ispettaklu’, kompla miegħu.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com[/fusion_text]






