Juventus U23 rebħu fid-debutt storiku, meta għall-ewwel darba mindu twaqqfet din l-iskwadra, is-selezzjoni ta’ Juventus iltaqgħet kontra Cuneo fil-Coppa Italia għas-Serie C.

Il-gowl mill-isbaħ tar-rebħa wasal mill-winger ta’ 19-il sena Luca Zanimacchia fid-29 minuta. B’hekk issa Juventus U23 jisfidaw lil Albissola nhar il-Ħadd li ġej, f’logħba li tfisser kwalifikazzjoni jew le għar-rawnd li jmiss.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280