Qabel il-logħba bejn Juventus u Inter, il-cameras ta’ Premium Sport qabdu lil Gianluigi Buffon ikellem lil Piero Ausilio ta’ Inter filwaqt li pprova jgħatti ħalqu biex ma jikxifx x’qed jgħid.

Madankollu, jidher li l-ġurnalisti xorta waħda rnexxielhom jikxfu li Buffon qal dan il-kliem: “Ma’ Juventus inħoss li għadni importanti. Fil-futur naraw x’taħseb is-soċjetà …”

Dan wassal għal kontroversja. Filwaqt li ħafna huma kuntenti li Gianluigi Buffon qed jaħsibha mill-ġdid dwar l-irtirar, oħrajn iħossu li Juventus iridu jaħsbu għall-futur. Kien hemm min interpreta din id-dikjarazzjoni b’mod ieħor hekk kif hu kważi ċert li Juventus iridu lil Buffon bħala diriġent malli jirtira.

Sors: Calciomercato

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280