Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li laħaq ftehim biex f’pajjiżna jiġi l-eks goalkeeper ta’ Juventus, Stefano Tacconi.

L-attività se ssir f’Marzu li ġej, u se tkun miftuħa għall-Juventini Maltin kollha, inkluż dawk li mhux membri tal-klabb. Dettalji fil-jiem li ġejjin.

Din hi l-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet li l-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero se jorganizza għall-Juventini Maltin fiż-żmien qrib, bħala turija ta’ ringrazzjament għas-suċċess tal-klabb fl-aħħar ħames snin.

Jekk int sid ta’ kumpanija u tixtieq tibbenefika minn din iż-żjara billi tkun sponsor tal-klabb, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com