Fl-aħħar jiem il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero rċieva rigal ta’ żewġ flokkijiet kommemorattivi mill-Juventus Club Caserta “Gigi Buffon” li saru biex ikun kommemorat l-istaġun storiku ta’ Juventus.

Il-klabb ta’ Caserta hu klabb ġemellat mal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero, biż-żewġ partijiet jitlaqgħu f’Turin f’Marzu li għadda, qabel waħda mil-logħbiet ta’ Juventus fil-Juventus Stadium.

Dan il-ġest żgħir iżda mill-isbaħ ikompli jikkonferma r-rabtiet mill-aqwa bejn il-klabb Malti u dawk barranin li flimkien magħhom bnejna relazzjoni tajba fix-xhur li għaddew.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280