Għaddew biss ftit jiem mil-logħba ta’ Crotone, u mill-ġdid il-plejers ta’ Juventus intlaqgħu minn folla nies f’art l-avversarju.
Dan hekk kif ilbieraħ filgħaxija, il-Juventini niżlu f’Sardinja u permezz ta’ coach waslu fit-T-Hotel ta’ Cagliari fost l-eċitament ta’ folla mdaqqsa ta’ persuni.
Bħal fil-każ tal-Calabria, fejn Juventus lagħbu kontra Crotone, Sardinja wkoll hi magħrufa bħala żona b’ammont kbir ta’ partitarji Juventini.
Sors: TuttoJuve






