Hekk kif fl-Italja għaddejja inkjesta dwar ir-relazzjoni bejn diriġenti tal-klabbs u membri tal-mafja, il-futur ta’ Andrea Agnelli fit-tmexxija ta’ Juventus jidher inċert.
Numru ta’ ġurnali fl-Italja llum kitbu dwar ir-riskju li Agnelli jiġi diffidat, avolja lbieraħ l-istess President (li f’ħames snin ħareġ biss 18-il tweet) fuq Twitter iddikjara li hu qatt ma ltaqa’ ma’ xi boss tal-mafja u li dak kollu miktub hu falz.
Iżda l-ġurnali jisħqu li internament għaddejja pressjoni li tista’ twassal biex jinstab sostitut għal Agnelli, bl-iktar imsemmija huma r-ritorn tal-leġġenda Alessandro Del Piero jew il-promozzjoni ta’ Pavel Nedved, li s’issa hu l-Viċi President.
Madankollu, hu iktar probabbli li Juventus jeħlu multa, milli diffida tal-President.
Sors: La Stampa/Il Messaggero/Il Fatto Quotidiano
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






