Il-kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li għal darb’oħra rnexxielu jaqdi lil kull min xtaq biljetti għal-logħba ta’ Juventus.
Fl-aħħar sigħat il-klabb kellu konferma tal-biljetti għal kontra Cagliari. Dawn jistgħu jinġabru nhar il-Ħadd li ġej mill-klabb stess, qabel, waqt jew sa tmiem il-logħba konta l-Inter.
Dawk li applikaw għall-biljetti jintalbu jħallsu d-differenza li għad fadal titħallas.