L-attakant prolifiku Arġentin ta’ Juventus Gonzalo Higuaín tkellem rigward it-trasferiment tiegħu minn ma’ Napoli għal ma’ Juventus fejn sostna li għamel dan il-pass għax jemmen li Juventus huma fost it-timijiet li jistgħu jerbħu l-Uefa Champions League.
“Juventus jistgħu jerbħu ċ-Champions League? Qed nittama li iva għaliex dik kienet l-ikbar fattur li għeni biex niġi ma’ Juventus biex propju nerbaħ il-Uefa Champions League. Qegħdin ukoll viċin li nerbħu s-sitt kampjonat konsekuttiv u qegħdin ukoll fil-finali tal-Coppa Italia. Huma tliet kompetizzjonijiet li nixtiequ nerbħuhom kollha. Ir-rebħ tas-sitt kampjonat tkun xi ħaġa fantastika bħar-rebħ tat-tielet Coppa Italia konsekuttiva. Huma żewġ affarijiet li l-ebda tim Taljan li qatt m’għamel.”
Sors: UEFA.com
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment