Għada se tintlagħab il-partita Atalanta kontra Pescara, logħba valida mir-raba’ round tat-TIM Cup. It-tim rebbieħ se jkun qiegħed jilgħab kontra Juventus fil-ottavi tal-finali tal-istess kompetizzjoni f’Jannar li ġej.
Bil-forma li għaddejjin minnha bħalissa Atalanta jkun jaqbel ferm għal Juventus li l-partita t’għada tispiċċa favur it-tim minn Abruzzo. Tajjeb wieħed ifakkar li Juventus imisshom jilagħbu fil-kampjonat kontra l-Bergamaschi nhar is-Sibt li ġej, filwaqt li Pescara diġà sfaw megħluba mill-Bianconeri fis-Serie A bl-iskor ta’ 3-0.
Biex waslu sar-raba’ round tat-TIM Cup Atalanta rebħu lil Cremonese fit-tielet round eliminatorju, filwaqt li Pescara eliminaw lil Frosinone fl-istess fażi.
Il-partita, li se tintlagħab fl-istadium Atleti Azzurri d’Italia ta’ Bergamo, se tibda fis-sitta u se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq RaiSportHD.
Sors: Lega Serie A
Ħalli Kumment