“Juventus kienet l-iskwadra ta’ qalbi minn meta kont żgħir. Fil-Liberja, pajjiżi, kont nilgħab bil-flokk ta’ Juventus.”
Dikjarazzjoni sorprendenti mill-eks attakkant ta’ A.C. Milan, f’intervista lil L’Équipe ta’ Franza. “Għandi lil Juventus f’demmi,” iddikjara b’sorpriża l-plejer li lagħab 114-il darba ma’ u skurja 46 gowl għal Milan.
Kompla li matul il-karriera xtaq jilgħab ma’ Juventus. “Xtaqt ħafna, imma ma kienx possibbli. Wara Monaco, kieku kelli nagħżel bejn Juventus u PSG kont nagħżel lil Juventus. Imma ma kienx possibbli, u għażilt lil PSG.”
Stqarr ukoll li ma waqafx jitbissem meta kellu l-opportunità li jilgħab ma’ Michel Platini u saħansitra jiħodlu b’idejh.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






