Il-goalkeeper ta’ Juventus Gianluigi Buffon żvela li mar għand Andrea Agnelli u avżah li jixtieq jirtira.
“Għamilt wegħda miegħi nnifsi li jekk ma naqlax gowl kontra Barcelona, ikun ġust li nirtira f’Ġunju. Għidtha lill-President u rrispondieni: ‘Fil-ħajja jgħidu ħafna stupidaġni, imma tinkwetax, kompli’.”
Kien hawn li Buffon ħabbar: “Wara kliem il-President, li għandu ferm iktar esperjenza fil-futbol, kelli nirtira kliemi u mmur lura mill-wegħda li għamilt lili nnifsi.”
Fisser bħala sodisfazzjoni kbir il-fatt li ddefenda l-lasta ta’ Juventus kontra Barcelona u baqa’ ma qalax gowl.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






