Il-goalkeeper tat-tim nazzjonali Taljan u bandiera Juventina Gianluigi Buffon, nhar il-Ħadd li għadda kiser ir-rekord tiegħu stess meta baqa’ mhux megħlub fis-96 minuta li lagħab kontra Inter.
B’hekk hu għaqqad 746 minuta mingħajr ma qala’ gowl f’logħob tas-Serie A.
L-aħħar darba li Buffon kiser l-istess rekord personali kien fl-2013.





