Bil-partita ta’ nhar il-Ħadd, fejn Juventus lagħbu kontra Napoli, Buffon għamel is-615-il preżenza fis-Serie A, u b’hekk laħaq lill-Arġentin, Javier Zanetti, fejn lagħab 615-il partita ma’ Inter.

Buffon lagħab 168 partita ma’ Parma u 447 ma’ Juventus. Fil-partita li jmiss kontra Chievo s-Sibt li ġej, Buffon jaqbeż lil Zanetti!

Din hija l-klassifika tal-iktar 10 plejers li lagħbu fis-Serie A, fosthom 4 li kienu jilagħbu ma’ Juventus:

1. Paolo Maldini 647 (Milan);
2. Javier Zanetti 615 (Inter);
2. Gianluigi Buffon (168 ma’ Parma, u 447 ma’ Juventus);
4. Francesco Totti 613 (Roma);
5. Gianluca Pagliuca 592 (198 ma’ Sampdoria, 165 ma’ Inter, 206 ma’ Bologna, u 23 ma’ Ascoli);
6. Dino Zoff 570 (4 ma’ Udinese, 93 ma’ Mantova, 143 ma’ Napoli, u 330 ma’ Juventus);
7. Pietro Vierchowod 562 (30 ma’ Como, 28 ma’ Fiorentina, 30 ma’ Roma, 358 ma’ Sampdoria, 21 ma’ Juventus, 16 ma’ Milan, u 79 ma’ Piacenza);
8. Roberto Mancini 541 (30 ma’ Bologna, 424 ma’ Sampdoria, u 87 ma’ Lazio);
9. Silvio Piola 537 (127 ma’ Pro Vercelli, 227 ma’ Lazio, 28 ma’ Juventus, u 155 ma’ Novara);
10. Enrico Albertosi 532 (185 ma’ Fiorentina, 177 ma’ Cagliari, u 170 ma’ Milan).

Sors: UEFA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280